College Anthem

Instrue Me et Vivam – Għallimni u ngħix – Teach me and I will live …

F’din l-għodwa ta’ ħajjitna, lejk Ħallieq u Sid
Titla’ t-talba tagħna: Urina int xi trid.
Kif jista’ l-mixi tagħna f’di’dinja jibqa’ sħiħ?
Ha jkun l-għerf tiegħek magħna fi triqtna l-musbieħ.
Jgħallimna nħobbu u nħennu, jgħallimna nagħmlu l-ġid.

Għallimna – u dir-ruh tagħna ‘l fuq, ‘il fuq ittir.
Fuq ġwienaħ tal-ajkli, qawwija u sħiħa ssir
Għallimna – u aħna ngħixu
Ngħixu kif trid int.
Jgħallimna t-triq tas-sewwa ta’ kelmtek u t-tifsir.

F’di’triq tal-ħajja tagħna – ibqa’ dejjem qrib.
Qalbna tintilef, fis lura lejk int ġib.
Kif inti timxi magħna, ħa nimxu maċ-ċkejknin
Għaż-żgħir u l-fqir għajnuna, kenn żgur għall-imsejknin.
Minn x’hiex ser naqtgħu qalbna, jekk magħna int, Ħabib ?

Kliem ta’ Fr Pierre Bonnici mssp u mużika ta’ Fr Karm Debattista mssp, Old Boys tal-Kulleġġ u membri tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.