NILTAQGHU MAGHNA NFUSNA

Ir-Randan huwa zmien ta’ preparazzjoni ghall-festa kbira tal-Ghid.

Nhar Il-Hadd 6 ta’ Marzu 2016, bhal kull sena, lltqajna ghal nofsinhar biex flimkien naqsmu ftit hsibijiet u esperjenzi dwar it-tifsira ta’ dan iz-zmien.

Grupp sabih ta’ genituri u wlied iltqajna fis-sala tal-konferenzi tal-kullegg.

Waqt l-ewwel parti tal-laqgha, li bdiet fid-9:30 am, t-tfal setghu jqattghu ftit hin hieles flimkien, taht il-harsien ta’ xi adulti, waqt li l-kbar ippartecipaw fil-laqgha li tmexxiet minn Patri Paul Chetcuti li ghandu esperjenza twila fil-qasam tal-familji u z-zghazagh. Fr Chetcuti beda’ biex staqsa l-genituri ma xiex iqabblu l-familja u ghalfejn – min semma muntanja jew roller coaster u min semma bank ta’ l-iskola jew rigal. Fr Chetcuti spjega kif l-ikbar grazzja hija hafna drabi l-ikbar salib, u kemm huwa mportanti li fis-salib naraw il-grazzja. Ukoll, semma kif sfortunatament, kultant f’ hajjitna, l-primarju jigi sekondarju u s-sekondarju jigi primarju. Laqatna hafna kumment li kienet ghamlet Madre Tereza lil Fr Chetcuti, meta qalla ‘kemm inhossni insinifikanti hdejk!’. B’ umilta’ Madre Tereza wiegbet – ‘What I can do, you cannot do. What you can do, I cannot do. Together, we can do something beautiful’.

Wara l-laqgha, qsamna ftit hin flimkien waqt li haddna ftit kejk u naqra kafe jew te’. Wara, ccelebrajna l-quddiesa tal-Hadd fejn it-tfal ippartecipaw bis-shih fit-tifsira tal-vangelu. L-attivita’ ntemmet fin-12:30pm, sabiex kulhadd kellu l-hin imur id-dar u jiekol mal-familja tieghu, jew inkella imur ghal xi harga fil-kampanja.