Riflesjoni tar-Randan 2014

Għeżież Ġenituri,

Ir-Randan dalwaqt magħna u dan iż-żmien għandu jkun żmien ta’ preparazzjoni għall-festa kbira tal-Għid li fiha niċċelebraw il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu u l-qofol tal-fidi tagħna.

Bħal kull sena, se niltaqgħu għal nofs ta’ nhar flimkien biex naqsmu ftit ħsibijiet u esperjenzi dwar it-tifsira ta’ dan iż-żmien għalina l-kbar kif ukoll għat-tfal tagħna u fl-istess ħin inqattgħu ftit tal-ħin flimkien.

Ħsibna biex nieħdu din l-opportunita’ sabiex min jattendi ikun jista’ jsir iktar midħla tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u l-ħidma tagħha billi Fr Frankie aċċetta li ġentilment idawwarna mad-Dar ta’ San Ġużepp.

Il-programm se jkun imqassam kif ġej:-

Data Il-Ħadd, 23 ta’ Marzu 2014 Programm

  • 09.15am Niltaqgħu fid-Dar ta’ San Ġużepp, Sta Venera (dħul min-naħa tal-grawnd tal-futbol ta’ Santa Venera, fejn hemm ħafna post għall-parkeġġ).
  • 09.30am Taħdita mmexxija minn Fr Frankie Cini MSSP (Superjur tas-Soċjeta’ u Direttur tad-Dar ta’ San Ġużepp)
  • 10.30am Qsim ta’ esperjenzi u mistoqsijiet 11.00am Coffee Break (ċans għal mument ta’ talb għal min irid)
  • 11.30am Quddiesa 12.30am Żjara fid-Dar ta’ San Ġużepp fejn naraw ix-xogħol ta’ tisbieħ li sar f’din id-Dar fejn jgħixu numru ta’ tfal u żgħażagħ
  • 01.00pm Għeluq

Bħas-soltu se jkun hemm servizz ta’ child minding mid-9.15am sal-11.00am – it-tfal jstgħu jingħaqdu magħna mill-Coffee Break ‘il quddiem.  Min irid jista’ jġib xi ħaġa tajba għal mal-kafe/te biex naqsmuha flimkien.

Parkeġġ jista’ jsir fil-parking area ta’ wara San Ġużepp (ħdejn il-grawnd tal-futbol ta’ Santa Venera) minn fejn se nidħlu.

Biex taslu: waqt li ssuqu direzzjoni Ħamrun, duru fuq ix-xellug  kif taqbżu l-Pompa tal-Petrol inzlu minn Triq San Pawl/St Peter Street.

Jekk jogħġobkom imlew il-parti t’isfel ta’ din iċ-ċirkolari u ibagħtuha lura ndirizzata lis-Sur Paul Pisani,  malajr kemm jista’ jkun.

 

Grazzi u nispera li niltaqgħu.

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur