Gita Sqallija 2014

Ġħeżież Ġenituri

Naħseb issa drajtu li kull sena l-Kulleġġ jorganiżża ġita ta’ ġurnata fi Sqallija għall-istudenti, familjari u ħbieb.

S’issa f’dawn l-aħħar erbgħa snin dorna bosta postijiet f’din il-gżira viċin tagħna – Taormina, Etna, Modica, Ragusa, Noto, Siracusa, Ortigia u Etna Land.  Din is-safra dejjem għamilniha fis-Sajf, għalhekk din is-sena ħsibna biex inbiddlu ftit u naraw lil Sqallija fil-ġmiel tagħha fir-Rebbiegħa, eżattament is-Sibt, 26 ta’ April. Din tkun egħluq sabiħ għall-vaganzi tal-Għid qabel mat-tfal jerġgħu jibdew l-iskola.

Din id-darba se mmorru Enna u Lago Pergusa fejn bi ħsiebna nżuru ċ-Ċentru Storiku ta’ Enna, Lago Pergusa (fejn nistgħu nieklu u fejn in-natura turina l-ġmiel tagħha) u l-Park Arkejologiku ta’ Pergusa. Din il-ġita hija waħda li għandha tinteressa lil ħafna minnkom u li tkun ta’ esperjenza edukattiva kemm għall-kbar kif ukoll għat-tfal.

Bħas-soltu se mmorru bil-catamaran sa Pozzallo fejn insibu  coach tistenniena u gwida li jitkellem bl-Ingliż li se jkun magħna tul il-mawra tagħna kollha.

Il-prezz (li jinkludi l-biljett Malta/Pozzallo/Malta, taxxi, it-trasport(Sqallija) u l-gwida) huwa:

  • Adulti (26 sa 59 sena) €119
  • Żgħażagħ (14 sa 25 sena) u ‘l fuq minn 60 sena €97
  • Tfal (4 sa 13-il sena) € 87
  • Tfal taħt l-4 snin iħallsu biss it-taxxa tal-port €16

Dawk kollha li huma mħajjra jiġu magħna huma mitluba jimlew il-parti t’isfel ta’ din iċ-ċirkulari u jibgħatuha lis-Segretarja, Ms Janet Muscat , flimkien ma’ depożitu ta’ €20 għal kull persuna. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lil Bernardette Micallef fuq 99857527 jew benjiem24@gmail.com.

Nirringrazzjakom bil-quddiem u nisperaw li naraw lil ħafna minnkom bħas-snin li għaddew biex inqattgħu ġurnata ta’ mistrieħ u divertiment flimkien … ejjew intom u ħajru lill-oħrajn jiġu magħkom.

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur