Figolli 2014

Għeżież Ġenituri,

Fl- 24 ta’ Marzu se jibda t-tisjir tal-figolli, bħala wieħed mill-fundraising activities tal-Kulleġġ.  Ordnijiet u bejgħ għandna, iżda biex nilħqu d-domanda jkollna bżonn ħafna għajnuna.  Jekk ma jkollniex għajnuna, jkollna nirrifjutaw xi ordnijiet u dan hu ta’ telf għall-Kulleġġ!

Bħalma għamilna fi żmien il-qagħaq, biex nippjanaw u norganizzaw ix-xogħol sew, qed nibagħtulkom din iċ-ċirkulari, biex tiktbulna meta tistgħu toffru l-għajnuna tagħkom.  Ix-xogħol jitqassam fuq 14-il ġurnata, mit-Tnejn, 24 ta’ Marzu sal-Ħamis, 10 ta’ April.  Kull għajnuna tgħodd!

Jekk jogħġobkom imlew il-formola mehmuża ma’ din iċ-ċirkulari u ibagħtuha lis-Sur P. Pisani.

Għal dan ix-xogħol ġibu magħkom:Fardal u beritta

Ikollna bżonn għajnuna:

  • Fis-sajran tal-figolli
  • Dekorazzjoni tal-figolli

Li tiktbilna meta tista’ tiġi tgħin, tkun qed tgħin lilna norganizzaw u nippjanaw ix-xogħol.  Nifhmu li jista’ jinqala’ xi bżonn fil-familja u ma tiġix.

Nisperaw minn qalbna, li bħas-snin imgħoddija jkollna suċċess!  Suċċess li jgawdu minnu l-istudenti!  Suċċess li jiddependi fuq il-ġenerożità tagħkom!

Inselli ħafna għalikom, nirringrazzjakom u nawguralkom ħafna ġid u paċi.

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur