Treading on Joseph De Piro’s Footsteps

Għeżież ġenituri, studenti, membri tal-istaff,

Fl-okkażjoni tal-festa tal-konversjoni ta’ San Pawl, u b’rabta mal-Fundatur tagħna, Mons Gużeppi DePiro, is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, li aħna niffurmaw parti minnha, sejra torganizza ħarġa u dawra mal-Imdina.  Inżuru l-Katidral u lokalitajiet oħra marbuta mal-Fundatur.  Dan se jsir il-Ħadd, 26 ta’ Jannar, u niltaqgħu ħdejn il-Katidral fis-2:00pm.

Min jixtieq jipparkja fil-grawnd tagħna, merħba bih.  U fil-każ nitilqu mill-iskola bħala grupp fis-1:30pm.

Billi għandhom jiġu ppreparati xi refreshments għal wara, napprezza jekk tibagħtu tgħiduli li se tattendu billi tibagħtu e-mail jew iċċemplu lil Ms Janet Muscat jew Mr Paul Pisani fuq 21459536.  Dan biex inkunu nafu kemm se nkunu.

Araw il-poster.

Narakom

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur

 

Mdina Tour 2014Aħna l-ġenituri ta’ ………………………………………………… klassi ……………………………..

Nixtiequ nattendu għat-Tour tal-Imdina. Se nkunu ……………….. adulti u ………………tfal.

Se nibqgħu għar-refreshments: IVA/LE