Kumitat PTA 2014

Għeżież Ġenituri, Membri tal-iStaff

Insellmilkom.  Nhar it-Tnejn kellna l-aħħar laqgħa tal-Kumitat tal-Parent Teacher Association qabel l-Annual General Meeting li hija maħsuba għas-Sibt, 1 ta’ Frar 2014.  Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-kumitat għas-sehem tagħhom tul dawn l-aħħar sentejn jew aktar.  Grazzi lis-Sur Joseph Agius (President),  Ms Clara Azzopardi, Mr Ray Debattista, Ms Shirley Pulis Xerxen, Mr Horace Laudi, Ms Bernardette Micallef, Mr Martin Hili, Mr John Baldacchino, Mr Victor Debono, Ms Deborah Galea Cornish, Mr James Aquilina, Ms Magdalen Cucciardi, u Mr Adrian Zahra.  Magħhom ukoll lil dawk kollha li ffurmaw parti mis-sotto-kumitati, u lil dawk kollha li offrew ħinhom u l-enerġija tagħhom b’risq il-ħidma fil-kulleġġ.  Napprezza ħafna d-dedikazzjoni tagħkom.

Nixtieq nistieden lil dawk interessati li jiffurmaw parti mill-kumitat il-ġdid li se jiġi elett fl-1 ta’ Frar, biex jibagħtu n-nominazzjoni tagħhom.  Hemm bżonn ġenituri, għalliema/LSA’s mill-Junior School u mis-Senior School, kif ukoll ġenitur ta’ Old Boy.

Jiena ċert li din tkun esperjenza ta’ tkabbir għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-kumitat, u dak li jagħmlu jkun ta’ ġid għal uliedkom/studenti.   In-nomina tistgħu tibagħtuha lili, u nibagħtilkom konferma, biex l-ebda waħda ma tkun mitlufa.

Grazzi u l-Mulej iberikkom.

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur

 

Jiena ………………………………………………………………

Ġenitur ta’ …………………………………………….. li jinsab fis-sena ………………………..

Ġenitur ta’ ……………………………………………  li spiċċa mill-kulleġġ fis-sena…………

Għalliem/a/LSA fl-Iskola Sekondarja / Primarja ……………………………………………… Nixtieq nitfa’ n-nomina tiegħi għall-kumitat tal-PTA tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl.

Grazzi.

Firma…………………………………………                        Data ……………………………………..