Qagħaq tal-Għasel

Għeżież Ġenituri,

Żgur li diġà smajtu bil-famużi Qagħaq tal-Għasel, li jsiru f’dan il-Kulleġġ!

Veru huma famużi, għax jiġu nies jixtruhom, meta lanqas inkunu għadna bdejna nagħmluhom!  Il-prezz huwa ta’  €5.50 kull borża ta’ kilo.  Kull min jixtieq jixtri, għandu jimla l-formola u jibgħatha lis-Sur P. Pisani, Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Triq Emanuele Vitale, Rabat RBT 2020.

Din is-sena ser nibdew ix-xogħol tal-qagħaq nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru.  Bħas-snin l-oħra qed nappellaw għall-għajnuna.  Huwa biss bl-għajnuna tagħkom li jinħadmu qagħaq biżżejjed biex nilħqu d-domanda.  Ftakru dejjem li KULL ftit għajnuna mingħand KULL min jista’, tgħodd (ġenituri, nanniet, ħbieb, eċċ)!  Huwa garantit li anke l-irġiel isibu x’jagħmlu żgur!  Anki jekk tagħmel mezz biex tiġi darba waħda biss, nassigurawk li tkun apprezzat ħafna.

Ser naħdmu qagħaq it-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, l-Ħamis u nhar ta’ Ġimgħa fil-għaxija.

Il-ħin tax-xogħol jibda mid-8.45am sas-1:00pm, fil-Canteen tal-Kulleġġ.

Biex ikollna idea tal-kwantità ta’ qagħaq li tista’ tinħadem u biex jitqassam ix-xogħol skond in-numru ta’ ġenituri li jistgħu jgħinu napprezzaw ħafna jekk timlew il-formola li ssib ma’ din iċ-ċirkulari u tgħaddiha lis-Sur P. Pisani.

Grazzi ħafna bil-quddiem.  Bl-għajnuna t’ Alla u tagħkom, din l-attività tħalli l-ġid li dejjem ħalliet  fil-Kulleġġ.  Niltaqgħu.
Dejjem tagħkom,

Marica Scicluna

Food preparation Committee