Parental Skills Course 2013

Għeżież Ġenituri,

Wara s-suċċess li kellu l-Kors tal-Parental Skills is-sena l-oħra, ħsibna li din is-sena nerġgħu norganiżżaw kors ieħor, din id-darba b’kollaborazzjoni mal-Caritas. Minħabba li l-etajiet tat-tfal li għandna fil-Kulleġġ ivarjaw, ħsibna li jkollna żewġ korsijiet ta’ sitt ġimgħat konsekuttivi kull wieħed.

Il-kors għall-ġenituri tat-tfal bejn il-ħdax u s-sittax -il-sena (11-16) li se jibda’ nhar l-Erbgħa, 23 t’Ottubru 2013 mis-6.00pm sat-8.00pm.

Il-kors għall-ġenituri tat-tfal bejn il-ħames u l-għaxar snin (5-10) li se jibda’ nhar il-Ġimgħa, 25 t’Ottubru 2013 mis-6.00pm sat-8.00pm.

Il-kelliem għaż-żewġ korsijiet huwa s-Sur Alex Attard

Fil-laqgħat jiġu diskussi temi bħal:

  • Liema stil ta’ tmexxija qed nużaw biex ikollna r-riżultati mixtieqa ?
  • Kemm tabilħaqq qed ninkoraġġixxu lil uliedna jibnu stima tagħhom infushom ?
  • Kemm qed nifhmu l-imġieba u l-għanijiet ta’ uliedna ? • X’nifhmu b’responsabbilta’ ?
  • Kemm hemm komunikazzjoni effettiva fil-familja tagħna ?
  • Kemm aħna mudelli effettivi biex uliedna ma jaqgħux vittmi tad-droga? (b’żgħażagħ jaqsmu l-esperjenzi tagħhom magħna fuq x’wassalhom għad-droga).

Kull kors jista jakkomoda sa massimu ta’ 30 persuna biss, għalhekk min jixtieq jattendi għal dan l-kors għandu jibbukkja minnufih. Il-kors huwa b’xejn iżda jsir ħlas ta’ €5 għall-booklet li jintuża waqt il-kors u kontribut ta’ €5 kull persuna biex inkopru xi ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta’ dawn il-korsijiet.

Huwa importanti ħafna li min hu interessat jattendi għal xi wieħed minn dawn il-korsijiet jimla’ l-formola u jibgħata malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux iktar tard minn nhar l-Erbgħa 16 t’Ottubru 2013.

Se jkun hemm is-servizz ta’ child minding għal min ma’ jkollux ma min iħalli t-tfal. Nirringrazzjawkom.

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur