Harġa Familjari ta’ San Martin 2013

Għeżież Ġenituri

Bħal kull sena f’dan iż-żmien norganizzaw ħarġa ta’ ġurnata għall-familja kollha.  Mhux biss nistiednu lilkom, u lill-familji li jiġu minnkom anke l-ħbieb tagħkom.  Din il-ħarġa se ssir, il-Ħadd, 10 ta’ Novembru 2013.  Nitilqu bil-private buses mir-raħal tiegħek.  Kulħadd ikun mgħarraf iktar ‘l quddiem minn fejn jista’ jirkeb.

Din is-sena r-rotta se tkun Baħar iċ-Ċagħaq – Parroċċa ta’ Pembroke – Ġnien ta’ Pembroke.  Nitilqu bil-private buses għal Baħar iċ-Ċagħaq, fejn ser ikollna waqfa ta’ siegħa għal min jixtieq juża t-toilets u titqassam il-ftira/ħobża – għażla bejn butir u perżut JEW imħawra biż-żejt.

Għall-11:15 immorru lejn Pembroke, għall-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke.  Minn hemm ninżlu l-Ġnien ta’ Pembroke għall-pranzu – għażla bejn ross il-forn JEW timpana flimkien ma’ minerali JEW ilma.

Wara nofsinhar nirritornaw il-Kulleġġ għal ftit té / kafé u pastizzi.

Il-prezz, kollox inkluż, huwa biss €10 għal kull persuna. Mhux hekk biss, iżda dan il-prezz jinkludi wkoll il-borża ta’ San Martin għal kull tifel u tifla taħt il-ħmistax-il sena.

Programm tal-ġurnata:

  • 09.15 : Tluq bil-privates mir-raħal tiegħek għal-Baħar iċ-Ċagħaq  Waqfa qasira – Tqassim tal-ftira – Ħin liberu.
  • 11.15 : Tluq għall-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke.
  • 11:45 : Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke.
  • 13.15 : Pranzu fil-ġnien il-ġdid ta’ Pembroke – Ħin liberu.
  • 15.00 : Tluq bil-privates għall-Kulleġġ – Té/Kafé u pastizzi… xi tnejn tombla, sports jew xi film għat-tfal.  Fl-aħħar il-privates iwasslu ‘l kulħadd lura mnejn ġie.

Jekk jogħġbok ibagħat il-formola flimkien mal-flus, kemm jista’ jkun malajr, u mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru.  Tistgħu tibagħtuha mat-tifel, jew ċemplu 21459536 bejn id-9.00 am u s-2:30pm, u tħallu l-booking tagħkom mas-Sur Paul Pisani.

 

Fr Silvio Bezzina mssp

Rettur