Annual General Meeting PTA and Parents’ Seminar

L-Annual General Meeting tal-PTA fi ħdan il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl inżammet nhar is-Sibt 2 ta’ Frar, 2013.

Qabel ma bdiet il-laqgħa, kellna quddiesa li saret fil-kappella tal-Junior School. Il-laqgħa bdiet għal ħabta tas-6.30pm fejn is-segretarju tal-PTA Raymond De Battista qara il-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali li ġew approvati b’vot unanimu. Wara kien hemm il-qari tar-Rapport Amministrattiv li fih is-segretarju elenka il-ħidma tal-PTA matul is-sena li għaddiet. Wara il-qari tar-rapport kien hemm id-diskors tal-President tal-PTA Joseph Agius, fejn aċċenna għad-diversi inizjattivi li ttieħdu matul is-sena u fejn ħeġġeġ biex il-ġenituri jagħtu daqqa t’id fil-ħidma li ssir fil-Kulleġġ. Ir-Rettur Fr Silvio Bezzina wieġeb għal diversi mistoqsijiet li saru kif ukoll qasam ma dawk preżenti il-ħsibijiet tiegħu in konnessjoni mal-ħidma tal-PTA.

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

    PTA Annual General Meeting 2013

  • Parents\' Seminar

    Parents\' Seminar

    Parents\' Seminar

  • Parents\' Seminar

    Parents\' Seminar

    Parents\' Seminar

Kif spiccat il-Laqgħa Ġenerali, bdiet it-talk ta’ Dr Charles Azzopardi fuq Positive Parenting Skills. Dr Azzopardi mexxa il-laqgħa bil-mod inimitabbli tiegħu fejn is-session kienet verament two way b’diversi interventi minn dawk preżenti.

Wara li spiċċat il-laqgħa, dawk preżenti setgħu jkomplu jsegwu is-serata finali tal-Eurovision Song Contest filwaqt li ġie organizzat xi ikel apposta fil-Canteen tal-Kulleġġ.

Finalment, nixtiequ nroddu ħajr lill dawk kollha li attendew għal din l-attivita’. J’Alla jkun hemm aktar ġenituri li b’mod sħiħ jipparteċipaw fid-diversi ħidmiet li jsiru fil-Kulleġġ.